Messaġġ tal-Għid komuni mill-knejjes ta’ Ġerusalemm

Il-Patrijarki u l-Kapijiet tal-Knejjes f’Ġerusalemm ingħaqdu flimkien u ħarġu messaġġ komuni għall-festi tal-Għid il-Kbir li fih ipproklamaw ir-rebħa trijunfanti ta’ Kristu Rxoxt li rebaħ fuq il-mewt.
Fil-messaġġ tagħhom qalu li:
“Din is-sena kien restawrat il-Qabar Imqaddes fil-Knisja tas-Santu Sepurklu li kien rinnovat 200 sena ilu. It-tlestija ta’ dan il-proġett hi xiehda ta’ appoġġ mid-dinja kollha u ċ-ċerimonja li fiha inkixef il-Qabar saret fi spirtu ta’ ekumeniżmu u għaqda fi Kristu.
“Il-Knejjes kollha kienu flimkien f’għaqda sħiħa, vuċi waħda fuq il-qabar ta’ Kristu. Insara magħquda li joffru tama, perseveranza u determinazzjoni li jittrasformaw id-dinja f’isem Kristu li rebaħ ill-ħażen bil-qawmien tiegħu mill-imwiet.
“L-istorja sagra ta’ Ġerusalemm u b’mod partikolari s-Santu Sepulkru hi tfakkira kostanti għad-dinja kollha li f’dan il-post u fi żmien partikolari, Kristu qam għal kulħadd u għal dejjem.  Il-qawmien mill-mewt ta’ Kristu għandha tispiran lill-insara ta’ Ġerusalemm bħala xhieda ħajja tal-Art Imqaddsa.
“Aħna nitolbu li t-tama li ksibna minn Kristu Rxoxt tnebbaħ lill-mexxejja tan-nazzjonijiet u lid-dinja kollha biex jaraw id-dawl u jaħtfu opportunitajiet ġodda biex jaħdmu għall-ġid komuni u jirrikonoxxu li kulħadd hu ugwali quddiem Alla.
“Dan id-dawl ta’ Kristu għandu jressaq il-familja umana kollha lejn il-ġustizzja, ir-rikonċiljazzjoni u l-paċi li għandna nfittxu bil-forsi kollha tagħna.  Dan id-dawl jgħaqqadna biex ngħixu f’armonija flimkien. Il-qawwa tar-Reżurezzjoni tisboq kull sofferenza, inġustizzja jew aljenazzjoni u toffrilna tama, dawl u ħajja, lil kulħadd.
“Bil-qabar ta’ Kristu vojt wara lil rxoxta, għandna niftakru li t-tbatija, l-uġiegħ u l-mewt ma għandhomx l-aħħar kelma.  Hu Alla li għandu l-ewwel u l-aħħar kelma. Dan kien il-messaġġ li wasslu l-Anġli fl-Għid meta kkonfrontaw lid-dixxipli – nisa u rġiel – “Għaliex qed tifftxu lil min hu ħaj fost il-mejtin?”
“Kristu irxoxta. Irxoxta verament. Alleluja.”, item jgħid il-messaġġ.
Il-messaġġ kien iffirmat mill-Patrikjarki tal-Griegi Ortodossi u tal-Armeni Ortodossi, l-Amministratur Apposoliku,  il-Kustodju tal-Art Imqaddsa, l-Arċisqfijiet tal-Kopti Ortodossi, l-Ortodossi Sirjani, l-Ortodossi tal-Etijopja, tal-Griegi-Melikiti-Kattoliċi, tal-Maroniti, tal-Knisja Episkopali ta’ Ġerusalemm u l-Lvant Nofsani, mill-Isqof tal-Knisja Enanġelika Luterana, mill-Patrijarka Kattoliku tas-Sirja u mill-Patrijarka Kattoliku tal-Armenia.