Messaġġ iniggeż lil Sarri minn ħu Paulo Dybala

Ħu Paulo Dybala, Gustavo bagħat messaġġ iniggeż lil Maurizio Sarri, il-coach ta’ Juventus. Hu qal li l-vjolin ma jistax idoqq mużika sabiħha jekk ikollu korda nieqsa.

Dybala mhux talli ma bediex mal-ewwel ħdax għat-tielet darba konsekuttiva dan l-istaġun, iżda lanqas biss ingħata ċans jilgħab kontra Fiorentina. Il-logħba spiċċat fi draw ta’ 0-0.

Għal Juventus din kienet prestazzjoni xejn tajba. Irnexxielhom joħolqu veru ftit opportunitajiet lejn il-lasta u ma rnexxielhom jiskurjaw xejn.

Riżultati oħra: 

Napoli 2-0 Sampdoria

Inter 1-0 Udinese