Messaġġ ikkulurit lil Mizzi u Schembri mill-President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Read in English.

Il-President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri sejjaħ għar-riżenji taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u tal-Ministru Konrad Mizzi.

Mark Camilleri qal dan f’kumment li tefa’ llum fuq Facebook, f’ġurnata kkaratterizzata minn żviluppi kontinwi b’rabta mal-investigazzjonijiet dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.