Messa da Requiem fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

Il-Ġimgħa 16 ta’ Marzu fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta, is-St. Paul Chamber Ensemble se jitella’ kunċert fl-isem Messa da Requiem, xogħol oriġinali ta’ Chevalier Maestro Mark Agius.
Dan ix-xogħol li jieħu madwar siegħa, huwa miktub għall-orkestra, erba’ solisti u kor ta’ erba’ vuċijiet.
L-erba’ solisti li se jieħdu sehem huma s-Sopran Karen Gatt Darmenia, il-Kontralt May Caruana, it-Tenur Charles Vincenti, u l-Baritonu Ivan Vella.
Għal din l-okkażjoni se jiġi l-kor Pollakk Rotondo Choir minn Poznan. Il-kunċert jibda fis-7.30 p.m.