Merkel u Putin jiltaqgħu; l-ebda ftehim milħuq

Sputnik/Alexei Druzhinin via REUTERS

Il-President Russu Vladimir Putin u l-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel iddiskutew il-kunflitti fl-Ukrajna u s-Sirja, kif ukoll l-Iran u l-proġett ta’ pipeline tal-gass li wassal għal diskussjonijiet ħorox barra minn Berlin li spiċċaw mingħajr l-ebda forma ta’ progress.

Kelliem għal Kremlin, Dimitry Peskov, qal ma’ midja internazzjonali li dawn id-diskussjonijiet ma wasslu għall-ebda ftehim.

Ir-relazzjoni ta’ bejn il-Ġermanja u r-Russja ilha taħt tensjoni minn meta r-Russja annessat ir-reġjun tal-Krimea fl-Ukrajna fl-2014.

Kemm Merkel, kif ukoll Putin, qalu li jaraw il-Proġett Nord Stream 2 pipeline bħala wieħed purament kummerċjali.