Merkel u Putin jiltaqgħu fil-Ġermanja

Il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel se tospita l-President Russu Vladimir Putin f’Berlin is-Sibt li ġej, għal diskussjonijiet dwar il-gwerra fis-Sirja, il-vjolenza kontinwa fil-Lvant tal-Ukraina u kwistjonijiet tal-enerġija, qal kelliem tal-Gvern Ġermaniż.

Il-laqgħa se ssir fil-palazz tal-Gvern Meseberg ftit ‘il barra minn Berlin, qal il-kelliem iktar kmieni llum.

Iż-żewġ mexxejja ltaqgħu l-aħħar f’Sochi f’Mejju li għadda. Merkel u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ġermaniż Heiko Maas iltaqgħu mal-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin Sergei Lavrov f’Berlin ix-xahar li għadda, flimkien mal-kap ġenerali tal-militari Russa, Valery Gerasimov.