Merkel trid qbil dwar il-koalizzjoni sa nofs Jannar

Il-Kanċellier Ġermaniż Angela Merkel qalet li qed tittama li tikkonkludi t-taħdidiet mad-Demokratiċi Soċjalisti (SPD) sa’ nofs Jannar li ġej biex jibdew in-negozjati uffiċjali biex tiġi ffurmata koalizzjoni ta’ Gvern ġdid għall-Ġermanja.
Merkel għamlet dawn il-kummenti wara li f’konferenza tal-aħbarijiet kienet mistoqsija jekk il-kummenti li għadda l-President Franċiż Emmanuel Macron humiex realistiċi.
Macron qal li jixtieq li jaħdem mal-Ġermanja fuq ideat biex sa Marzu jirriforma ż-żona Ewro.
Għal dawn il-kummenti, Merkel sostniet li trid tibni gvern stabbli u għalhekk se tiddiskuti kwistjonijiet speċifiċi waqt it-taħdidiet mad-Demokratiċi Soċjalisti.
Temmet tgħid li jekk fit-taħdidiet ma jintlaħaqx qbil dwar dawn is-suġġetti speċifiċi jkun ifisser li t-taħdidiet esploratorji jkunu fallew.