Merkel tisħaq li l-ħbiberija mal-Istati Uniti għadha b’saħħitha

Il-Kanċilliera Ġermaniż Angela Merkel enfasizzat li l-ħbiberija bejn il-Ġermanja u l-Istati Uniti mhix f’diskussjoni.
Il-Kelliem ta’ Merkel saħaq li l-Kanċilliera temmen f’din il-ħbiberija għalkemm il-Gvern Ġermaniż iddeċieda li jkeċċi mill-pajjiżi r-rappreżentanti tas-CIA.
Merkel qalet li l-kollaborazzjoni bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi hija ferm ikbar minn dik bdejn l-aġenziji tas-servizzi sigrieti.
Qalet iżda li l-ħbiberija bdejn iż-żewġ pajjiżi trid tkun ibbażata fuq ir-rispett reċiproku.
Dwar it-tkeċċija tal-uffiċjali tas-CIA, kelliem għall-Ministru Ġermaniż tal-Affarijiet Barranin qal li l-Ġermanja riedet tibgħat messaġġ ċar lill-Istati Uniti.