Merkel tgħid li l-Iżrael għandu dritt jiddefendi lilu nnifsu

Il-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel illum qalet li l-grupp dominanti Iżlamiku tal-Palestina Ħamas qed juża armi ta’ “kwalità ġdida” kontra l-Iżrael u żiedet tgħid li kull pajjiż li jiġi attakkat għandu d-dritt jiddefendi lilu nnifsu.
F’konferenza f’Berlin, Merkel qalet li “kull naħa għandha taċċetta l-kompromessi imma aħna nżommu mal-Iżrael fejn tidħol difiża.”
Nhar l-Erbgħa li għadda, il-Kanċillier kkundannat l-attakki bir-rokits li saru fuq l-Iżrael, permezz ta’ telefonata mal-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu.