Merkel tappoġġja l-kandidatura tat-Turkija fl-UE

Waqt żjara li għamlet fit-Turkija, il-kanċillier Ġermaniż Angela Merkel tat l-appoġġ tagħha lil dan il-pajjiż biex ikompli n-negozjati tiegħu u jsir membru tal-Unjoni Ewropea.

Dan minkejja li skond stħarriġ li sar dan l-aħħar, 60% tal-Ġermaniżi huma kontra li t-Turkija tingħaqad mal-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru Tork, Recep Erdogan, kien qal li jekk il-pajjiż ma jsirx membru sħiħ sa’ għaxar snin oħra, jirtira għal kollox il-kandidatura tiegħu.

Minn naħa tagħha, Merkel qalet li filwaqt għandha xi dubji fuq is-sħubija, qalet li l-proċess ta’ negozjati għandhom jirreġistraw progress biex it-Turkija tkompli tibni fuq dan il-progress.