Merkel se terġa’ terħilha għall-istudju?

REUTERS/Wolfgang Rattay

Il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel jidher li qed tissuġġerixxi li jaf terġa’ tmur lura għall-akkademja malli jispiċċa t-terminu tagħha fil-politika fl-2021.

Hi tati diskors fi skola tal-Management f’Leipzig qalet li l-universitajiet kollha li tawha dottorat onorarju se jkunu qed jerġgħu jisimgħu mingħandha malli tieqaf isservi bħala Kanċilliera. Merkel li hija wkoll fiżiċista ingħatat kwalifikazzjoni onorarja waqt ċerimonja li għaliha kien hemm preżenti wkoll Christine Lagarde, nominata sabiex tilħaq il-kap il-ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Merkel kompliet tgħid li se tirritorna fl-iskola u se tibqa’ hemm għal aktar żmien.

Fl-aħħar żmien qamu dubji dwar jekk Merkel kienx se jirnexxielha twassal sat-tmiem tat-terminu tagħha bħala Kanċilliera. Intant, il-konservattivi u d-Domkoratiċi-Soċjali (SPD) li flimkien jifformaw koalizzjoni, mistennija jitilfu ħafna mis-sapport għal partiti fil-lemin estrem.

Is-sena li għaddiet Merkel ma baqgħetx tmexxi l-Union tal-Kristjani Demokratiċi wara telf ta’ voti fl-elezzjonijiet tal-istat u qalet li dan it-terminu se jkun l-aħħar wieħed għaliha.