Merkanzija li kien qed iġorr trailer tispiċċa fit-triq

Parti minn Triq l-Avjazzjoni, l-Gudja kellha tingħalaq għal xi ħin minħabba li numru kbir ta’ prodotti li kien qed iġorr trailer bil-merkanzija spiċċaw mal-art.

Ħadd ma weġġa f’dan l-inċident iżda l-Pulizija kellha tagħlaq parti mit-triq sakemm inġabar kollox u t-traffiku ġie devjat fuq in-naħa l-oħra tat-triq.