Meriam tiltaqa’ mal-Papa Franġisku

Meriam Ibrahim iltaqgħet mal-Papa Franġisku waqt żjara fl-Italja.
Meriam u r-raġel tagħha rringrazzjaw il-Papa tal-għajnuna tiegħu. Il-Papa Franġisku rringrazzjaha talli baqgħet soda fit-twemmin Nisrani tagħha, minkejja li kienet ikkundannata għall-mewt.
Il-kelliem għal Vatikan Federico Lombardi qal li din l-laqgħa ta’ nofs siegħa kienet simbolu għal dawk kollha li jsofru minħabba t-twemmin tagħhom.

Aktar kmieni:
Meriam, it-tfajla li kienet ġiet ikkundannata għal mewt wara li abbandunat ir-reliġjon Iżlamika malli żżewġet lil raġel nisrani, tinsab fuq titjira lejn Ruma, l-Italja.
Il-mara Sudaniża qed ittir abbord l-ajruplan tal-President tal-Kunsill u magħha hemm il-Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin Lapo Pistelli.
Dan tal-aħħar ilu jsegwi mill-qrib il-każ ta’ Meriam.
Fid-diskors inawgurali tiegħu għall-prijoritajiet tal-Presidenza Ewropea, Renzi kien semma’ il-każ ta’ Meriam Ibrahim.
Kien tkellem dwar il-każ tagħha u t-tfajliet Niġerjani li nħatfu mill-Boko Haram.