Filmat: “Kunu ‘warriors’ f’kull ċirkostanza tal-ħajja” – Amber

Għall-istudenti tal-Iskola tar-Rabat Għawdex,  imsejħa l-Happy School, illum kien jum b'differenza.
Magħhom tattendi għal-lezzjonijiet kien hemm l-ambaxxatriċi Maltija Amber.
Il-kantanta li fil-futur qrib qed taspira li tkun għalliema fi skola simili qattgħet ġurnata mat-tfal Għawdxin.
Il-ġurnata bdiet billi Amber iltaqgħet mal-amministrazzjoni tal-iskola.
Amber imbagħad daħlet fil-klassijiet mal-istudenti u qagħdet għal-lezzjonijiet magħhom.
Ma setax jonqos ukoll li Amber taqta' x-xewqa tal-istudenti u flimkien kantaw Warrior.
Ma' Newsbook.com.mt il-kap tal-iskola Lelio Spiteri qal li hu ta' unur kbir għall-iskola li jilqgħu lil Amber u awguralha għall-esperjenza li se tgħaddi minnha fil-ġimgħat li ġejjin.
L-iskola preparat ukoll kartolina bil-kulur bejn il-kannella u l-oranġjo. bl-inġliż Amber. bil-firem tal-istudenti kollha li jattendu l-iskola.
Bejn lezzjoni u oħra, Amber tkellmet ukoll ma' Newsbook.com.mt.  Qalet li kienet ilha ħafna tistenna dan il-jum. 
Għaddiet messaġġ lit-tfal kollha Maltin u Għawdxin biex ma jħallu lil ħadd jaqtagħlhom qalbhom u jkunu Warriors u b'kuraġġ jaffrontaw l-isfidi li jiltaqgħu magħhom.