“Merħba fil-familja tagħna li qiegħda dejjem tikber” – Gianluca Bezzina

Paulo Bezzina. Ritratt: Facebook/DorothyBezzina

Awguri lill-koppja Dr Gianluca Bezzina u l-mara tiegħu hekk kif ilbieraħ filgħaxija saru ġenituri għat-tieni darba.

Gianluca, li fl-2013 irrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Tomorrow qasam mas-segwaċi tiegħu l-ewwel ritratt li jurih flimkien ma’ martu Vanessa u ċ-ċkejken Paolo.

“Paolo tagħna sa fl-aħħar qiegħed hawn. Merħba fil-familja tagħna li qiegħda dejjem tikber,” kiteb Gianluca hekk kif qal ukoll li martu Vanessa bħas-soltu kienet fl-aqwa tagħha, grazzi għall-għajnuna tal-qbiela u t-tobba.

Il-koppja Bezzina għandhom diġà tifla, Lyla, li twieldet f’Diċembru tal-2018.

Gianluca u Vanessa Bezzina ma’ Paulo. Ritratt: Facebook/DorothyBezzina

Nawguraw lil Gianluca u lil Vanessa l-isbaħ xewqat għat-twelid taċ-ċkejken Paolo.