Merħba Buttons!

Read in English.

Il-ġeru Buttons għadu kif ingħaqad mal-familja Abela.

Permezz tal-paġna tagħha fuq Facebook, hija kitbet li mawra f’Għawdex biex flimkien mal-Ministru Clint Camilleri jawguraw l-ewwel Eco-Friendly Feeding Machines għall-annimali stray spiċċat billi niżlu lura b’membru ġdid fil-familja tagħhom.

It-tbissima fuq wiċċ Georgia-Mae, it-tifla tal-Prim Ministru Robert Abela u s-sinjura tiegħu Lydia Abela, hija biżżejjed biex juri l-ferħ li dan il-ġeru diġà ġab fil-familja Abela.

Merħba Buttons!