Meqruda artillerija tal-militanti iżlamiċi fl-Iraq

L-Istati Uniti kkonfermaw li wettqu attakk mill-ajru fuq il-militanti IS fl-Iraq.
L-attakk sar minn ajruplani militari fuq artillerija li kienet qed tintuża kontra l-qawwiet Kurdi fil-belt ta’ Irbil.
Dawn il-militanti iżlamiċi Sunni, li qabel kienu magħrufa bħala ISIS, għandhom il-kontroll ta’ partijiet kbar fl-Iraq u s-Sirja.
Il-preżenza tal-IS f’dawn il-pajjiżi qed twassal biex mijiet ta’ eluf ta’ ċittadini jaħarbu minn djarhom lejn il-muntanji.
In-Nazzjonijiet Magħquda sostnew li qed jippreparaw azzjonijiet umanitarji biex ikun iktar faċli għal dawn il-persuni li jridu jaħarbu mill-militanti biex isibu l-kenn fil-pajjiżi tal-madwar.