The Daphne Project: “MEPs se jiktbu lill-Parlament Malti biex jiltaqgħu mal-awtoritajiet”

L-Ewroparlamentari tal-Ħodor, Sven Giegold, qal li dalgħodu ltqagħet id-delegazzjoni li ġiet Malta fuq talba tiegħu sabiex jaraw x’se jsir wara l-aħħar rivelazzjonijiiet minn The Daphne Project.
Giegold irrimarka li l-Parlament Ewropew se jirrispondi bil-qawwi għal dawn l-allegazzjonijiet, u fost l-oħrajn it-tim li ltaqa’ dalgħodu fi Srażburgu qabel li jagħmel dawn l-affarijiet;

  • Se jitolbu laqgħa mal-Konferenza tal-Presidenti biex tiġi diskussa s-sitwazzjoni f’Malta mal-Kummissjoni Ewropea (KE) u tiġi addottata riżoluzzjoni plenarja
  • Se jitolbu laqgħa urġenti mal-Viċi-President tal-KE, Frans Timmermans biex jiddiskutu dawn ir-rivelazzjonijiet u s-sejbiet tad-delegazzjoni
  • Se jiktbu lill-Parlament Malti għal-laqgħa mal-awtoritajiet Maltin
  • Se jiktbu lill-kap il-ġdid tal-Europol, Catherine de Bolle, sabiex l-involviment tagħhom fl-investigazzjonijiet li għaddejjin jisseddaq

Giegold temm jgħid fi stqarrija li jqis is-sitwazzjoni f’Malta hija insapportabbli.