MEP tesprimi t-tħassib tagħha dwar is-settur agrikolu

L-Ewroparlamentari Maltija Therese Comodini Cachia esprimiet it-tħassib tagħha dwar is-settur agrikolu Malti, issa li spiċċat l-għajnuna finanzjarja diretta ta’ €1 miljun maqbula mal-UE meta Malta ssieħbet 10 snin ilu.
Comodini Cachia qalet li għad hemm burokrazija u nuqqas ta’ flessibilità li jfixklu lis-settur, li issa jinsab f’fażi ta’ bidla biex ikompli jtejjeb il-livell tal-prodott lokali u jiftaħ għall-kompetizzjoni minn barra.
L-Ewroparlamentari kienet qed titkellem ma’ raħħala u proċessuri tal-ikel Għawdxin f’laqgħa f’Għawdex.
Comodini Cachia staqsiet xi prijorità qed tingħata llum f’negozjati li għaddejjin biex il-bdiewa u r-raħħala jkomplu jgawdu minn iktar għajnuna.
Staqsiet ukoll kif eżenzjoni li talbet Malta dwar it-tikketti fuq prodotti tidher li qed taqa’ fuq widnejn torox meta l-Irlanda qed tagħmel dak li qed titlob Malta.