Menu ta’ 45 paġna…ilma biss

Il-ġimgħa d-dieħla restorant f’Los Angeles fl-Istati Uniti, se jniedi menu ġdid u differenti.

Menu ta’ 45 paġna li fih hemm biss ilma.

Il-menu jinkludi fliexken tal-ilma minn għaxar pajjiżi differenti, bi prezzijiet li jvarjaw.

L-ogħla prezz ta’ flixkun ilma huwa ta’ $20.

Għalkemm żgur li hemm differenza fit-togħma tal-ilma, ħafna huma xettiċi li flixkun ilma jista’ jiswa 20 dollaru Amerikan.