Mentalità ottimista fit-tim nazzjonali Malti

It-tim nazzjonali Malti mmexxi mill-kowċ Pietro Ghedin, ftit sigħat oħra se jinżel fil-piċċ tal-Istejdjum Nazzjonali f’Ta’ Qali, kontra n-Norveġja.
Konxju mill-fatt tad-diffikultajiet li se nilagħbu kontra n-Norveġja, Ghedin qal li jekk it-tim jilagħab bħal kontra l-Kroazja, għandu jikseb riżultat pożittiv.
Il-formazzjoni Maltija se tkun b’sistema tattika ta’ 3-5-2, fejn insibu lil Andrew Hogg, Zach Muscat, Andrei Agius, Ryan Camilleri, Steve Bezzina, Clayton Failla, Ryan Fenech, Rowen Muscat, Bjorn Kristensen, Andrè Schembri u l-captain Michael Mifsud.
Wara tmiem il-logħba tal-lejla, il-konċentrazzjoni kollha se tmur fuq il-logħba li t-tim nazzjonali Malti għandu nhar it-Tnejn li ġej kontra l-Italja.
L-Italja li llejla se jilagħbu f’Palermo kontra l-Ażerbajġan, se jkollhom neqsin lil Thiago Motta u lil Osvaldo li huma mweġgħin u mhux se jiġu mal-iskwadra hawn Malta.
Intant il-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Antonio Conte, meta mistoqsi x’riskji hemm kontra l-Ażerbajġan u Malta, huwa qal li m’hemmx logħbiet li huma sempliċi.