Mendy lura fl-iskwadra ta’ Man City

Wara sitt xhur u nofs ‘il bogħod mill-grawnd, id-difensur xellugi ta’ Manchester City Benjamin Mendy jinsab għad-dispożizzjoni tal-kowċ Pep Guardiola hekk kif irkupra minn injury fil-ligamenti tal-cruciate.
Hu kien weġġa’ f’Settembru li għadda waqt logħba mill-Premier League Ingliż kontra Crystal Palace u minn dakinhar ‘l hawn ma deherx aktar fl-iskwadra ta’ The Citizens.
Mendy, li nxtara mingħand Monaco fil-bidu tas-sajf illi għadda, għamel biss erba’ dehriet mat-tim u jinsab ħerqan biex forsi jkollu ċans jidħol għal ftit minuti fil-partita li Manchester City jmisshom illejla kontra Swansea City.
Manchester City assiguraw ir-rebħ tat-titlu fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.