Memory Cafés għal dawk li jbatu mid-dimensja

Ġie organizzat it-tielet Memory Cafèbil-għan li jagħti opportunità lill-persuni li jbatu mid-dimensja u il-familjari tagħhom, jissoċjalizzaw ma’ oħrajn li għaddejjin minn esperjenzi simili. 
Il-Memory Cafès ġew introdotti mill-Active Aging Community Care Department u n-National Dementia Society. 
Is-Segretarju Parlamentari għal Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis attenda din attività tal-Memory Caféfl-Arka ta’ Noè fis-Siġġiewi. 
Aguis Decelis qal li meta persuna tibda titlef il-memorja, tista’ faċilment tibda tħossha weħidha. Huwa stqarr li l-Memory Cafés jipprovdu ambjent informali fejn wieħed jista’ jsib appoġġ u jirċievi informazzjoni mill-professjonisti preżenti biex iwieġbu għal dawn il-ħsibijiet. 
Ritratti: DOI – Jeremy Wonnacott