Memorja tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju

Read in English.

Is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser tniedi d-DVD tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2018.

Dan se jinkludi l-aqwa partijiet mill-festi li saru ġewwa l-Imqabba. Fost dawn se jkun hemm il-Festi Interni li saru fil-knisja parrokjalii flimkien mal-purċissjoni solenni bil-vara tal-Madonna tal-Ġilju.

Id-DVD se jinkludi wkoll il-festi esterni bħall-marċi, l-programm vokali u strumentari fuq il-planċier mill-Banda Madonna tal-Ġilju, kif ukoll l-ispettakli tan-nar li din is-sena spikka l-mekkanizzar u tal-invenzjonijiet tal-Għaqda tan-Nar.

Biex takkwista kopja ta’ dan id-DVD ċepel fuq 79853044 jew żur is-sit elettroniku tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju.