Membru tal-MUMN eletta fl-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Qwiebel

Malta se tkun fuq quddiem fid-diskussjoni dinjija dwar is-servizzi tal-maternità u tal-qwiebel.
L-MUMN, il-unjin tal-infermiera u l-qwiebel, qalet dan hekk kif ħabbret li l-Viċi-President tagħha ġiet eletta biex isservi bħala waħda minn sitt membri eletti tal-bord eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Qwiebel.
Il-kariga hi għal tliet snin.
L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Qwiebel tiġbor fi ħdanha rappreżentanti tal-istati membri tal-UE, rappreżentanti tal-Kunsill tal-Ewropa, iż-Żona Ekonomika Ewropea u l-pajjiżi li jridu jissieħbu fl-UE.