Membru eżekuttiv tal-UPE f’qagħda kritika wara li ttajret minn karozza

Ambulanza
Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Union of Professional Educators – Voice of the Workers (UPE) ħabbret li waħda mill-membri tal-eżekuttiv u d-direttur tal-iskejjel tal-istat, Rita Catania tinsab f’qagħda kritika u tinsab rikoverata fit-taqsima tal-kura intensiva fl-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’aċċident il-ġimgħa li għaddiet.

L-aċċident seħħ it-Tlieta 29 ta’ Settembru għall-ħabta tat-8am f’żona ta’ parkeġġ fi Triq Bużjett, in-Naxxar.

Catania li għandha 57 sena u toqgħod in-Naxxar ittajret minn mara ta’ 40 sena waqt li kienet sejra lejn il-karozza tagħha. Il-Unjin spjegat li l-membru tal-eżekuttiv sofriet minn feriti f’rasha u f’moħħha. Hekk kif seħħ l-aċċident il-mara ttieħdet minnufih l-isptar Mater Dei u ġiet operata. Sal-lum il-mara għadha mitlufa minn sensiha.

Kelliem għall-pulizija kkonferma dan l-inċident u żied li f’dan l-inċident infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Nadine Lia