Membru tal-AfD ikkundannat għall-kummenti favur Hitler

Mexxejja tal-Alternattiva għall-Ġermanja (AfD) ikkundannaw membru tal-Partit li nhar il-Ħamis indirizza uffiċjal Ġermaniż li pprova joqtol lil Adolf Hitler fit-Tieni Gwerra Dinjija bħala “traditur”.

Il-Kurunell Claus von Stauffenberg ħoloq bomba u poġġiha f’bagalja taħt mejda fil-kwartieri militari ta’ Hitler, fil-Lvant tal-Prussja fl-20 ta’ Lulju, 1944. Protetti mil-mejda magħmulha minn injam tqil, Hitler sofra biss feriti zgħar u Stauffenberg ġie maqtul dik il-lejl stess flimkien ma’ sħabu.

Il-ġurnal Ġermaniż Die Welt irrapporta li Lars Steinke, mexxej reġjonali taż-żgħażagħ ta’ AfD, qal fuq Facebook li “Stauffenberg kien traditur”.