Membru ta’ Pulizija attakkat

L-Ispettur Sandro Camilleri fuq facebook qal li waqt spezzjonijiet li kienu qed isiru fost l-immigranti rregolari tliet membri tal-pulizija ġew attakati u soffrew diversi ġrieħi u grif. Wieħed mill-pulizija spiċċa migdum minnmara u sarulu diversi testijiet.

Huwa esprima s-solidarjetà tiegħu ma’ dawn il-membri attakkati waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Huwa qal li min-naħa tal-Police Officers’ Union se joffru kull assistenza tagħhom.