Membri tal-Korp rikonoxxuti għall-kisbiet sportivi

MHAS

Il-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia, flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar, ippresedew waqt iċ-ċerimonja ta’ rikonoxximent lil persuni sportivi f’ċerimonja li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Waqt l-attività ngħataw trophies għall- kompetizzjoni tal-futboll kif ukoll trophies u ċertifikati lil dawk li ddistingwew ruħhom lokalment kif ukoll barra minn Malta fil-qasam sportiv.

Waqt l-attività sellmu lill-memorja ta’ Ryan Tonna li ngħata l-aħħar tislima l-bieraħ. Ryan kien ukoll atleta li f’dawn l-aħħar sentejn għamel kisbiet kbar. Il-Ministru stqarr li din l-okkazzjoni hi opportunità biex membri tal-Korp jiġu rikonoxxuti għall-kisbiet sportivi tagħhom.

MHAS

Il-Ministru ħeġġeġ sabiex ikun hemm aktar parteċipazzjoni mill-membri fil-korp tal-Pulizja. Hu spjega kif għandu ambizzjoni li jixtieq jara l-ħolma tiegħu li titwaqqaf unit apposta li tieħu ħsieb is-saħħa tal-membri tal-korpi dixxiplinati, fejn jidħlu dieti, ta’ kif wieħed għandu jieħu ħsieb tiegħu nnifsu kif wkoll inizjattivi sportivi fejn diġà ġie identifikat persuna li jista’ jgħin f’dan il-proġett  sabiex jinfetaħ dan iċ-ċentru għal kwalità ta’ ħajja aħjar.

Il-Ministru Farrugia rringrazzja lill-membri tal-Korp tal-Pulizija tax-xogħol li jagħmlu ta’ kuljum u ta l-awguri tiegħu għal sena ġdida, lilhom u l-familji tagħhom.