Membri tal-Istat Iżlamiku jaqtgħu ras erba’ persuni oħra

Il-Musulmani estremisti tal-Istat Iżlamiku ppubblikaw filmat ġdid fejn jidher li qatgħu ras erba’ persuni li fi kliemhom kienu membri tal-Mossad Iżraeljan.
Fil-filmat, il-Jihadisti jgħidu li huma ma jridux ikomplu joqtlu lin-nies iżda lesti li jagħmlu minn kollox biex iħarrsu l-interessi tal-Musulmani.
Fil-fruntiera bejn is-Sirja u l-Libanu nqatel suldat, tlieta oħra ndarbu u suldat ieħor baqa’ ma nstabx waqt il-ġlied bejn il-militanti tal-Istat Iżlamiku u s-suldati Sirjani.