Membri tal-Gozo Cycling Club jiksbu suċċess individwali

MGOZ: Terry Camilleri

Brandon Sultana rebaħ il-kategorija l-ġdida fiċ-ċikliżmu f’Malta, dik ta’ taħt it-23 sena b’total ta’ 550 punt minn massimu ta’ 600 punt. Din is-sena Sultana rnexxielu wkoll jissieħeb mat-tim nazzjonali tal-kbar.

Joseph Mifsud irnexxielu jirbaħ iċ-championship nazzjonali tar-road race tal-istess kategorija. Darren Sultana rebaħ ir-road race ta’ taħt is-16-il sena b’total ta’ 575 punt. Kull kampjonat kien jikkonsisti minn tliet tiġrijiet.

Dawn iċ-ċiklisti li huma membri tal-Gozo Cycling Club kellhom żjara ta’ korteżija mal-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana. Flimkien mat-tliet rebbieħa kien hemm ukoll Jacob Zerafa li għalkemm għandu 10 snin irnexxielu jikseb riżultat tajjeb meta ġie fis-sitt post minn 21  ċiklist ġewwa l-Awstrija.