Membri tal-Forzi Armati jagħtu l-għajnuna f’żewġ inċidenti

Suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta kienu nvoluti f’ħidma ta’ salvataġġ wara li numru ta’ persuni spiċċaw f’diffikultà f’żewġ inċidenti li seħħew il-Ħamis.
Tliet membri tal-ekwipaġġ ta’ vapur irreġistrat f’Malta ġew evakwati bl-għajnuna tal-ħelikopter tal-Missjoni Militari Taljana.
Fosthom kien hemm ċittadin Malti.
F’każ ieħor, tlettax il-għaddas sabu ruħhom f’diffikultà ‘l barra mill-kosta taż-Żurrieq.
Huma ngħataw l-assistenza minn membru tas-salvataġġ tal-Forzi Armati li wasal fuq il-post bil-ħelikopter kif ukoll minn bastiment li kien fil-qrib.
L-għaddasa kollha ġew mgħejjuna u ttellgħu l-art fejn ingħataw il-kura.

Ritratt: AFM