Membri tal-FKNK jistgħu jrabbu l-gamiem b’kundizzjoni waħda

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) ħabbret li issa l-membri tagħha se jkunu jistgħu jrabbu l-gamiem biex dawn imbagħad jerġgħu jintelqu fl-abitat naturali tagħhom.
Waqt laqgħa bit-tema 'Il-Gamiema fir-Rebbiegħa – it-Triq ‘il Quddiem', l-FKNK qalet li dan qed isir permezz tal-proġett Dove Captive-breeding and Release li qed ħadem fuqu mal-Membru Parlamentari Silvio Schembri.