Membri tal-Birdlife se jiġu investigati fuq pussess illegali ta’ għasafar protetti

Il-Maġistrat ordna biex issir investigazzjoni fuq membri ta’ Birdlife Malta fuq pussess illegali ta’ għasafar protetti.
L-ordni ħarġet wara li Joe Perici Calascione u Lino Farrugia mill-Federazzjoni Kaċċaturi u Nassaba Konservazzjonisti, l-FKNK, sfidaw il-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga lil dawn il-membri.
It-talba tal-FKNK ġiet wara stqarrija li l-Birdlife ippublikat b’ritratt li juri sitt persuni jżommu għasafar protetti mejta.
Il-Kummissarju tal-Pulizija kien qal li hu mhux se jinvestiga għax il-membri tal-Birdlife ma kellhomx l-intenzjoni li jwettqu reat kriminali.
Iżda Perici Calascione u Farrugia, fil-Qorti sfidaw biex issir din l-investigazzjoni.