​Membri ġodda fil-kumitati tal-accountants

William Spiteri Bailey u Stephen L Muscat inħatru membri fil-kumitati ta’ Prattikanti Medji u żgħar (SMP) u l-kumitat PAIB (Professional Accountants in Business).
Dan wara li n-nomina tagħhom ġiet approvata mill-Istitut Malti tal-Accountants (MIA), liema istitut huwa membru tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Accountants li minnu ħarġet is-sejħa għall-membri fuq l-istess kumitati.
Spiteri Bailey u Muscat ħa jkunu qegħdin iservu għal sentejn, mill-1 ta’ Jannar li ġej. 
Spiteri Bailey qiegħed isservi bħala l-President tal-Istitut Malti tal-Accountants kif ukoll iċ-Chairman tal-kumitat tal-SMP fi ħdan l-MIA. Huwa wkoll membru tal-Accountancy Europe SME Forum u serva ta’ konsulent tekniku għall-kumitat tal-SMP fl-IFAC għal dawn l-aħħar tliet snin.
Muscat huwa ċ-Chairman tal-kumitat għall-accountants professjonali fin-negozju fi ħdan l-MIA.