Melvin Theuma rilaxxat minn Mater Dei

Miguela Xuereb

Read in English.

Melvin Theuma, li jgħid li huwa s-sensar fil-qtil ta’ Daphne, illum ġie rilaxxat mill-isptar Mater Dei.

Fi stqarrija ta’ tliet linji l-Pulzija qalet li Melvin Theuma llum ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Hu kien iddaħħal l-isptar b’urġenza wara li nstab ferut fid-dar tiegħu. Theuma qal li ma kinux involuti terzi fl-inċident.

Theuma għall-ewwel kien qed jinżamm fis-sala tal-kura intensiva u mbagħad tmexxa għas-sala tal-ENT.

Fil-21 ta’ Lulju, Theuma kien nstab fil-kamra tas-sodda tal-appartament tiegħu b’diversi ġrieħi f’għonqu u f’żaqqu. Hu qal li l-ġrieħi għamilhom fuqu nnifsu. Weġġa’ serjament.

F’Lulju l-Pulizija kienet organizzat konferenza tal-aħbarijiet. Dakinhar kienet qalet li l-Ispettur Keith Arnaud irnexxielu jkellem lil Theuma. Theuma qallu li hu kien għamel dan kollu u ħadd ma kien involut.