Read in English.
Melvin Theuma, is-sensar tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, kompla jixhed dalgħodu fil-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Yorgen Fenech. Fenech qed jiġi akkużat li kien kompliċi fl-assassinju.
Xi spikka fis-seduta tal-lum?
- Kien hemm in-numru ta’ Chris Cardona fuq mowbajl li nstab f’rejd fil-Marsa, skont Theuma
- Jerġgħu jissemmew Keith Schembri, Joseph Muscat, u Silvio Valletta
- Tħassib dwar Melvin Theuma li qed jgħid li ma jiftakarx għadd ta’ dettalji
- Jinstabu aktar żbalji fit-traskrizzjonijiet tal-Qorti
L-MP tal-Partit Laburista Chris Cardona qal lil Newsbook.com.mt li l-pulizija qatt ma staqsewh dwar il-każ tal-mowbajl bin-numru tiegħu fuqu.
“Fir-rekordings li għandek, Fenech kien jaf li qed jiġi rekordjat?” jistaqsi Arnaud.
Theuma: Le, qatt
Theuma: Instab xi mobile fil-baħar ħdejn it-tinda tal-patata. Kellu numru wieħed biss fih. Dak ta’ Chris Cardona.
Theuma jiġi muri tliet ritratti. Jgħid li ma kinux tar-raġel tal- Peugeot.
Theuma: Kienet abbandunata
Theuma: Yorgen Fenech qalli li Keith Schembri kien qed jgħidlu li m’għamel xejn ħażin.
Azzopardi: Taf kemm hawn Malta warajha din: 4,000 ruħ. Tlett elef ta’ indannati hawn warajha. Lanqas Delia bil-familja.
Għal min kien qed jirreferi Yorgen Fenech?
Theuma: Kont qed nirreferi għal Adrian Delia, il-Kap tal-Oppożizzjoni, u l-protesti ta’ dawk li marru jipprotestaw il-Belt Valletta.
Azzopardi jistaqsi lil Theuma dwar min kien Tyson. Ix-xhud jgħid li kien dak tal-laħam li sparawlu.
Theuma jgħid li dan kien dwar il-bomba li nħadmet f’Ħaż-Żebbuġ.
Jgħid li dan kien meta Vince Muscat kien se jikxef.
‘Tinsiex l-istorja tar-raġel l-ieħor, tal-pirmli, tad-droga, għax dan naqa iblaħ’
Theuma jgħid li ma jiftakarx.
Theuma: Hmmm, naħseb jien.
Fenech jagħmel mossa
Theuma: Hmmm, ma nafx.
Azzopardi jistaqsi dwar x’riedu jfissru b’: Ilbieraħ ħassejt li biex iċaqalqu lil Joseph
Il-Maġistrat tintervjeni u tistaqsi: Jiġiferi stajt tiftakar ir-referenza għat-‘3’ imma din ma tiftakariex? Min hu Joseph? X’inhu l-kuntest?
Theuma jipprotesta u jgħid li ma jiftakarx.
Theuma jiġi mistoqsi dwar pakkett li tħalla f’karozza. Theuma għal darb’oħra jgħid li ma jiftakarx.
“Qatt ma ħallejt pakketti f’karozzi”.
Theuma: Meta konna fir-razzett ta’ Fenech, xi ħadd b’xagħru mqaxxar li kien qed isuq Peugeot niżżel lil Keith Schembri. Theuma jgħid li r-raġel ma kienx Kenneth Camilleri.
Keith Schembri kien qed jgħaddi informazzjoni lil Yorgen Fenech dwar x’kien qed jgħid ċertu ‘Owen’ dwar il-maħfra.
Theuma: Jekk ninkixef jien, allura jinkixef Fenech. Ried lil Keith Schembri biex jgħinna minħabba Vince Muscat.
Terġa’ tinstema’ dik il-parti tar-rekording fil-Qorti.
Theuma: Biex Keith Schembri jgħinna. Biex jgħini għax Vince Muscat kien qed jikxef kollox.
Theuma: Għal Keith
Il-Qorti twissi lil Melvin Theuma.
Montebello: M’intix hawn biex tgħidilna li ma tafx f’xi partijiet. Jekk jgħoġbok erġa’ mur lura lejn ir-rekordings u ftakar. Inti qiegħed hawn biex tgħid il-verità. Ftakar fil-kundizzjonijiet tal-maħfra.
Yorgen Fenech jinstema’ jgħid: U ejja!
Thuema: Le
Theuma: Ma staqsejtux
Theuma: Yorgen
Theuma: Valletta, il-Pulizija
Theuma: Ma nafx
Theuma jgħid li Fenech kien qed jirreferi għal Keith Schembri
Theuma jgħid li qallu Johann Cremona.
Theuma jgħid li Johann qal lil Fenech: Jien ħbieb magħkom it-tnejn imma Melvin irrekordjak
Fenech kien jaf li kien qed jiġi rrekordjat mix-xhud
Azzopardi jaqra sentenza minn paġna u jistaqsi lix-xhud dwar il-kuntest u għal min kienet qed issir referenza.
Camilleri: Ix-xhud qed jiftakar? Qas jaf meta kellu l-konverżazzjoni! Nafu l-essenza tal-konverżazzjoni.
Il-Qorti tgħid li l-kredibilità tax-xhud tista’ tiġi attakkata fl-istadju tal-kontro-eżami.
Fenech jinfaqa’ jidħak.
Il-Qorti tistaqsi’ jekk il-“aħna” ta’ Fenech kienet referenza għalih u xi ħadd ieħor.
Theuma jgħid li ma weġibx.
Azzopardi jaqra mit-traskrizzjoni: Iva, għidtlek li dawn iridu €30,000.
Azzopardi jitlob spjegazzjoni.
Azzopardi jaqra: Barra minn hekk, dik kienet kollox maħduma tal-Koħħu
Azzopardi jistaqsi lil Theuma jispjega. Theuma jgħid li ma kienx jemmen li l-Koħħu kien se jikxfu peress li ma kinux jafu lil xulxin.
Theuma: Fenech kien qed jistaqsi. Huwa dwar Daphne Caruana Galizia. Kenneth u Johann ġew għandi. Kenneth urieni 3 numri, u qalli li jien kont il-moħħ.
Theuma: Żgur ma kienx qed ikellem lili. Kien qiegħed fuq it-telefon ma’ xi ħadd ieħor.
Theuma: Ma rridx nitfa’ t-tort fuq Owen jew xi ħadd ieħor, infatt m’hemmx Owen Bonnici, hemm biss Owen.
Dan kien b’referenza għat-talba ta’ Vince Muscat.
Theuma jgħid li l-persuna li kienet qed titkellem kienet Fenech.
Arnaud jaqra mit-traskrizzjoni: Dan ħa jgħidlu li Cardona
Theuma jħares lejn it-traskrizzjoni
Theuma: Dejjem qalli ‘le’, li hu [Schembri] ma seta jagħmel xejn dwar il-bail. Qalli li lanqas l-affarijiet tiegħu ma seta’ jirranġa. In fatti, mar ikellem lil Keith Schembri diversi drabi, skont kif qalli Yorgen.
Theuma jwieġeb lil Arnaud: Kont qed nirreferi għal meta Keith bagħat lil Kenneth dwar il-kwistjoni tal-pleġġ meta għidt 'Le, le jien dik ta' Keith nixtieq issa tirranġa'.
Arnaud: U x’differenza kienet tagħmillek?
Theuma: Ħassejt li l-problemi tiegħi kienu jispiċċaw jekk jingħataw il-bail. Ma jkollix għalfejn nitla’ u ninżel bil-flus, il-biża’, dak li ħassejt.
Arnaud jistaqsi dwar ir-rekordings. Theuma jgħid li ma setax jisma’ sew u qal li fl-awla oħra kien aktar komdu.
Theuma jgħid li ma jiftakarx id-data ta’ meta sar ir-rekording. Ippressat biex iwieġeb, Theuma jgħid li sar ftit wara li beda jikxef dak li jaf il-Koħħu, Vince Muscat.
Xi ħadd jgħid li ‘kull ma jridu hu li joħorġu’. Jistaqsi x’se jagħmlu.
Theuma f’ħin minnhom jgħolli leħnu u jistaqsi lil Fenech: Għidli x’se ngħidilhom.
Fenech: U jien?
Theuma: Mhux inti
Theuma: Jiena miegħek, mhux magħhom
Theuma: Kelma, kelma, u wasslitlu lil Keith
Jinstema’ leħen Theuma: Dak li qed jgħidu dwar Vince Muscat [li qed jikxef] mhux vera. Jekk Keith [Schembri] jerġa’ jibgħat lil Kenneth, ngħidlek x’nagħmlu.
Fenech qal lil Theuma: Kif jafu min qed jiġbor il-flus minn nies is-suwed?
Theuma jgħid lill-Qorti li ma setax jisma’ r-rekordings b’mod ċar. Il-ġurnalisti ma jistgħux jisimgħu sew lanqas.
Il-konverżazzjoni ma tinftihemx sakemm Dr Azzopardi jitlob biex jgħollu l-volum.
Melvin Theuma jidentifika l-vuċijiet bħala tiegħu u ta’ Yorgen Fenech.
L-akustika fil-Qorti hi fqira.
“Hello? Hello? Ma nistax”, jinstema’ jgħid leħen.
Dr Camilleri tqajjem it-tħassib tad-difiża. Ix-xhud jagħti l-interpretazzjoni tiegħu tar-rekordings. Id-difiża tgħid li x-xhieda preċedenti tiegħu tinsab f’kunflitt ma’ dak li kien fir-rekordings.
Persuna mill-pubbliku marret fuq Fenech u ħaditlu b'idu.
Xi spikka fl-aħħar seduta?
- Keith ġieli ċempel lil Yorgen meta kien miegħu
- Keith kesaħ meta Yorgen infurmah bil-qtil
- Yorgen qallu li Joseph Muscat kien indannat meta sar jaf.
- Silvio Valletta kien jgħaddi l-informazzjoni lil Yorgen
- Skont Yorgen, Keith Schembri mar jitkixxef mal-Imħallef Antonio Mizzi minħabba x-Xiħ (Joseph Muscat)
- Yorgen jgħid li Keith Schembri kien jaf b’kollox
- Joseph Muscat issemma darba fil-konverżazzjonijiet bejn Melvin u Yorgen
- Ġew traskritti aktar minn 130 rekording li kellu fil-kaxxa Melvin Theuma
L-investigazzjoni qed titmexxa mill-Ispettur tal-Pulizija Keith Arnaud u Kurt Zahra.
L-avukati Marion Camilleri u Gianluca Caruana Curran qed jidhru għall-akkużat. L-avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qed jidhru għall-familja Caruana Galizia.