Melvin Theuma jiddaħħal l-isptar

Read in English.

Melvin Theuma, s-sensar fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ddaħħal l-isptar illum minħabba xi uġigħ li ħass.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li Melvin Theuma ħass uġigħ f’sidru u ddaħħal l-isptar Mater Dei. Jidher li Theuma kellu jagħmel intervent mediku għall-kundizzjoni li jbati biha li mhix relatata mal-inċident li seħħ f’Lulju.

Il-Pulizija wkoll ikkonfermaw fi stqarrija li l-kura li qed jingħata llum mhix relatata mal-każ li seħħ fid-dar tiegħu fil-21 ta’ Lulju.

Theuma kien iddikjara fil-Qorti li kien jgħaddi l-flus lit-tliet irġiel li huma akkużati li poġġew il-bomba mal-karozza ta’ Caruana Galizia, allegatament mgħoddija lilu minn Yorgen Fenech, iddaħħal l-isptar fil-21 ta’ Lulju wara li nstab ferut serjament fid-dar tiegħu fis-Swieqi. Il-Pulizija kienet irrappurtat li l-feriti kienu ġew ikkawżati minnu innifsu.