Melita ttejjeb StellarWiFi hekk kif l-użu tal-internet mid-dar jiżdiedu

StellarWiFi

Melita aġġornat StellarWiFi, is-servizz tagħha ta’ wifi home internet b’veloċità għolja, hekk kif il-bidliet fl-użu tal-internet tad-dar ikkawżati mill-imxija ta’ Covid-19 qed isiru aktar permanenti. Bħala parti minn dan l-aġġornament, li qed jiġi implimentat mingħajr ebda żieda fil-prezz, Melita issa qed tuża eero, sistema wifi tal-Amazon, biex twassal kopertura sħiħa tal-wifi mad-dar kollha tal-klijenti.

Minbarra l-offerta ta’ konnettività b’veloċità għolja, kull punt ta’ aċċess tal-wifi eero jipprovdi sa 140 metru kwadru ta’ kopertura wifi fid-dar. Il-klijenti ta’ Melita StellarWiFi se jkollhom aċċess għall-mowbajl app ta’ eero li tissorvelja l-kopertura u tissuġġerixxi l-aħjar pożizzjonament fid-dar għal kull punt ta’ aċċess tal-wifi eero. Barra minn hekk, il-klijenti jistgħu jużaw l-app ta’ eero biex jimmaniġġjaw in-netwerk tal-wifi tagħhom, iwaqqfu l-internet u jaqsmu n-netwerk tagħhom mal-ħbieb jew il-mistednin, irrispettivament minn jekk il-klijent hux id-dar imqabbad man-netwerk eero tagħhom jew barra mid-dar.”

Mireille Muscat, Kap tal-Marketing ma’ Melita, qalet, “StellarWiFi dejjem ipprovda wifi ta’ veloċità għolja fid-djar tal-klijenti bl-internet tagħna u wera li huwa popolari ħafna matul dawn l-aħħar xhur hekk kif in-nies qed iqattgħu aktar ħin id-dar, jaħdmu u jistudjaw. Hekk kif dawn il-bidliet isiru permanenti, Melita ħadet id-deċiżjoni li tinvesti biex tkompli ssaħħaħ is-servizz biex tagħti firxa akbar t’aċċess għall-internet b’veloċità għolja filwaqt li tipprovdi lill-klijenti tagħna serħan il-moħħ billi tippermettilhom jimmaniġġjaw l-użu tal-internet b’mod li jaqbel l-aħjar għalihom u l-bżonnijiet tagħhom.”

Bl-użu ta’ apparat dual-band wifi ta’ eero tinħoloq mesh network u b’hekk StellarWiFi jibgħat wifi mad-dar kollha, u jiżgura li l-klijenti jiksbu konnessjoni aktar veloċi u affidabbli irrispettivament minn fejn jagħżlu li jistrimjaw, jaħdmu, jew jilagħbu. Għal dawk li għandhom bżonn, jew jippreferu, li jżommu d-distanża fiżika, StellarWiFi jista’ jiġi ordnat onlajn, l-aċċess points ta’ eero imwassla fid-dar tal-klijent, fejn jista’ jkun installat u personalizzat fi ftit minuti mill-klijent stess.

StellarWiFi huwa disponibbli għall-klijenti tal-Melita bl-internet fibre power minn €2.99 fix-xahar jew ikun inkluż jekk il-klijenti jagħżlu 500 Mbps jew 1,000 Mbps ta’ fibre powered internet bħala parti mill-Flexi Bundle tagħhom. Aktar tagħrif jinsab disponibbli fuq is-sit https://www.melita.com/internet/stellarwifi/

Dan it-tagħrif twassal minn Melita.