Melita tqabbad il-karozzi Volvo mal-internet

Ritratt: Melita Ltd u GasanZammit Motors Ltd qegħdin jissieħbu biex joffru konnettività bl-internet fuq il-karozzi u l-SUVs ġodda kollha

Il-karozzi u l-SUVs ġodda kollha tal-Volvo se jkunu mqabbdin mal-internet wara ftehim bejn Melita Ltd u GasanZammit Motors Ltd. Din l-inizjattiva l-ġdida se twassal wireless internet b’veloċità għolja fil-vetturi permezz ta’ SIM iddedikata għad-dejta. Dan l-iżvilupp se jkun mingħajr spejjeż żejda għall-klijenti ta’ GasanZammit peress li l-kumpanija se tkun qed tkopri l-ispiża tad-dejta għall-ewwel 24 xahar mix-xiri tal-vettura.

Harald Roesch, Kap Eżekuttiv ta’ Melita qal: “Il-ġranet li taqsam id-dejta tal-mowbajl tiegħek permezz tat-tethering mal-karozza issa waslu fi tmiemhom. Il-vetturi qed jiġu ddisinjati biex ikunu parti mill-ekosistema tal-IoT, u jiftħu għadd ikbar ta’ għażliet f’termini ta’ funzjonalità, konnettività u divertiment. Is-SIM separata installata fil-vettura se tippermetti aktar kontroll, indipendenza u versatilità.”

Stefan Deguara, Kap Eżekuttiv ta’ GasanZammit Motors qal: “Bħala kumpanija ewlenija fis-suq tal-karozzi, ridna nkunu minn ta’ quddiem nett b’din ir-rivoluzzjoni diġitali u nipprovdu lill-klijenti tagħna l-aqwa esperjenza ta’ sewqan possibbli kompluta bil-benefiċċji ta’ vettura mqabbda mal-internet.”

Għal aktar tagħrif dwar l-internet u servizzi oħra relatati, wieħed jista’ jikkuntattja lil Melita fuq Tel: 27270270 jew iżur www.melita.com. GasanZammit jistgħu jiġu kkuntatjati permezz tat-telefon fuq 2778 8200 jew bl-email: info@gasanzammit.com.

Dan it-tagħrif twassal minn Melita plc.