Melita tniedi Djuno għal dawk taħt id-29 sena

Ritratt: Melita Limited nediet Djuno, ditta ġdida ddisinjata biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-klijenti żgħażagħ

Melita Limited nediet Djuno, ditta ġdida ddisinjata biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-klijenti żgħażagħ. Disponibbli għal persuni taħt id-29 sena, Djuno se tipprovdi volumi kbar ta’ dejta bi prezzijiet raġonevoli fuq bażi prepaid.

Il-pakketti disponibbli minn Djuno huma Big Gig M u Big Gig L. Big Gig M jagħti lill-klijenti 100 minuta lokali, 100 SMS, 5GB ta’ internet dejta u aċċess bla limitu għal Melita WiFi għal €8 biss. Bi €12, Big Gig L jagħti l-istess benefiċċji, kif ukoll erba’ darbiet l-ammont ta’ mobile dejta, jiġifieri 20GB, bil-benefiċċji kollha jdumu 30 jum.

Djuno huwa disponibbli mill-ħwienet kollha tal-Melita, b’klijenti taħt it-18-il sena jridu jkunu akkumpanjati minn ġenitur jew gwardjan legali. Għall-klijenti li huma interessati f’aktar mobile dejta, hemm l-għażla li tixtri Data Boost għal €2 li tagħti mobile data bla limitu sa nofsillejl ta’ dakinhar li jkun inxtara.

Mireille Muscat, Kap tal-Marketing ma’ Melita Limited, qalet, “Permezz ta’ Djuno, Melita qed toħloq ditta speċifika biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-klijenti żgħażagħ. Dan, ovvjament, ifisser li tiffoka fuq l-mobile dejta u tagħmel dan b’mod flessibbli ħafna. M’hemmx bżonn ta’ kuntratti, u permezz tad-Data Boost ħloqna mod innovattiv għaż-żgħażagħ biex niżguraw li dejjem ikollhom mobile data, speċjalment f’dawk il-mumenti importanti li jeħtieġ li jinqasmu mal-ħbieb. It-tnedija ta’ Djuno tikkoinċidi ma’ numru ta’ żviluppi ġodda oħra fil-Melita, kollha maħsuba biex itejbu aktar l-esperjenza għall-klijenti kollha tagħna.”

Ritratt: Melita Limited nediet Djuno, ditta ġdida ddisinjata biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-klijenti żgħażagħ

Dan it-tagħrif twassal minn Melita.