Melita tagħti dehra ġdida liċ-ċentru ta’ għajnuna online tagħha

Melita Limited irrinovat u tat dehra ġdida liċ-ċentru ta’ għajnuna online tagħha www.melita.com/help/ biex twassal esperjenza aħjar u iktar intuwittiva fejn qed tipprovdi lill-klijenti l-opportunità biex jitgħallmu aktar dwar prodotti u servizzi, kif ukoll kif isolvu d-diffiċultajiet li jistgħu jinqalawlhom. Is-sit hi aċċessibbli minn kwalunkwe apparat diġitali, u jinkludi wkoll kontenut bi vidjows rilevanti biex jgħin lill-klijenti jaċċessaw u jifhmu aħjar it-tagħrif li għandhom bżonn.

Graziella Costa, Kap tal-Customer Experience mal-Melita, qalet: “Hekk kif il-klijenti qed ikomplu jagħmlu użu dejjem akbar mill-apparat diġitali għal informazzjoni u appoġġ, Melita kompliet tinvesti wkoll fiċ-ċentru tal-għajnuna onlajn tagħha. Mhux biss għamilna l-pjattaforma iktar intuwittiva, iżda għamilna wkoll użu minn ħafna vidjows biex ngħinu lill-klijenti jifhmu aħjar t-tagħrif u tkun aktar faċli għalihom biex isegwu l-istruzzjonijiet pass pass. Il-pjattaforma hija kompletament integrata fil-websajt tagħna biex tiżgura li l-informazzjoni kollha u l-appoġġ li jeħtieġu l-klijenti jinstabu faċilment f’post wieħed.”

Il-pjattaforma ġiet ipprogrammata biex tqiegħed b’mod intelliġenti l-aktar mistoqsijiet attwali fuq il-quċċata tal-lista. Dan it-tip ta’ tqassim iseħħ ukoll fi ħdan kull paġna tal-kategorija, biex ikun żgurat li l-kontenut ikun dejjem l-iktar relevanti u ta’ għajnuna.

Fil-ġimgħat li ġejjin Melita se tkompli ttejjeb iċ-ċentru ta’ għajnuna online bbażat fuq il-feedback tal-klijenti. Fil-fatt, il-klijenti se jkunu jistgħu jipprovdu l-fehma tagħhom b’mod immedjat dwar l-utilità tal-kontenut li jkunu għadhom kemm qraw jew raw.

Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jżur is-sit:  www.melita.com/help/

Ritratt: Melita Limited irrinovat u tat dehra ġdida liċ-ċentru ta’ għajnuna onlajn tagħha www.melita.com/help/

Dan it-tagħrif twassal minn Melita Cable plc.