Melita Power Diesel tirbaħ premju minn Rolls Royce

Il-kumpanija Maltija Melita Power Diesel (MPD) rebħet il-premju ta’ MTU Rolls Royce Power System Service Partner of the Year 2016/17, fost nominati oħra mid-dinja kollha.
Dan il-premju jingħata skont kriterji stretti li jirregolaw il-kwalità u effiċjenza tas-servizz. Il-bord tal-ġudizzju huwa magħmul mill-Bord tad-Diretturi ta' Rolls Royce MTU.
Noel Borg aċċetta l-għotja f'isem il-Melita Power Diesel Ltd fil-Head Offices tal-MTU fil-Ġermanja.
Bħala parti minn Rolls Royce, l-MTU hija waħda mill-akbar manifatturi tal-magni fid-dinja.
Il-Melita Power Diesel tifforma parti mill-Melita Marine Group li topera kummerċ tal-inġinerija marittima f’Malta.