Melita b’appoġġ lill-Festival ta’ Gratitudni u Ispirazzjoni ta’ Malta Together

Il-Fondazzjoni Inspire hi waħda mill-organizzazzjonijiet li qed tkun appoġġjata minn Malta Together

Melita Ltd kompliet twessa’ l-impenn tagħha biex tappoġġa inizjattivi lokali waqt COVID-19 bl-aħħar ġest ta’ appoġġ tkun donazzjoni ta’ €10,000 b’risq il-Festival ta’ Gratitudni u Ispirazzjoni li sar dan l-aħħar organizzat minn Malta Together. L-appoġġ ta’ Melita kien jinkludi l-provvista ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni għal familji vulnerabbli li m’għandhomx internet id-dar.

Mireille Muscat, Kap tal-Marketing qalet: “Is-suċċess kbir li kiseb il-Festival huwa xhieda tal-ġenerożità lejn komunitajiet vulnerabbli u ġest ġenwin ta’ apprezzament lejn dawk kollha li qed jiġġieldu kontra din il-pandemija. Ferħanin li l-kontribut tagħna għen biex iġġib raġġ ta’ dawl lejn dawk l-iktar milquta, filwaqt li nsellmu lil dawk kollha li qed jaħdmu bla heda biex jappoġġjaw il-komunità f’dawn iż-żminijiet bla preċedent.”

Malta Together hi websajt tal-komunità li ġiet maħluqa biex tgħin lin-nies f’Malta jgħixu ħajjithom aħjar waqt l-imxija tal-COVID-19, billi tipprovdi aċċess għal appoġġ, attivitajiet, divertiment, u servizzi utli għal individwi, familji u negozji. L-għan tagħha hu li tikber fi pjattaforma fejn kumpaniji, organizzazzjonijiet, individwi u l-komunità jistgħu jappoġġjaw lil xulxin u jagħmlu differenza f’Malta.

Il-Fondazzjoni Inspire hi waħda mill-organizzazzjonijiet li qed tkun appoġġjata minn Malta Together

Individwi u organizzazzjonijiet li huma interessati li jappoġġjaw xi waħda mill-organizzazzjonijiet volontarji jew li jkunu parti minn Malta Together, jistgħu jżuru www.maltatogether.com jew jikkuntattjawhom permezz ta’ imejl fuq action@maltatogether.com.