Melchior Spiteri jingħata sentenza oħra minħabba traffikar ta’ droga

Melchior Spiteri reġa’ weħel sentenza priġunerija talli fl-2007 fil-ħabs stess instabitlu l-eroina bil-għan li tiġi ttraffikata.
Spiteri weħel 18-il xahar oħra talli fiċ-ċella kellu ħames qratas mimlija eroina kif ukoll borża bl-istess droga.
Quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras xehed ukoll il-Psikjatra Joseph Spiteri li fi kliemu, fl-2007 id-droga kont issibha faċilment fil-ħabs. 
Minkejja dan il-każ, il-Psikjatra rrimarka li Melchior Spiteri ilu mill-2010 ma jieħu d-droga.
Għalkemm l-akkużat qal li d-droga kienet għall-użu personali, il-Maġistrat sostniet li qratas kienu jiżnu l-istess u dan jindika li kienu lesti għat-traffikar fil-ħabs stess.