Melania Trump tobgħod tara tfal immigranti sseparati mill-ġenituri

melania trump

Il-First Lady tal-Istati Uniti wriet it-tħassib tagħha għall-mod kif qed jiġu sseparati familji minħabba politika kontroversjali li tissepara familji li jidħlu illegalment fil-pajjiż.

Melania Trump “tobgħod tara tfal isseparati mill-familji tagħhom u tittama li ż-żewġ naħat jerġgħu jingħaqdu biex ir-riforma tal-immigrazzjoni tkun suċċess”.

Il-kelliema tal-First Lady, Stephanie Grisham, tkellmet mas-CNN dwar il-każ ta’ 2,000 tifel u tifla li ġew isseparati mill-ġenituri tagħhom li daħlu b’mod illegali fil-fruntiera mal-Messiku, minħabba l-politika ta’ ‘tolleranza zero’ mill-gvern ta’ Trump.

Melania żiedet tgħid li temmen li “l-Istati Uniti għandhom ikunu pajjiż li jimxi mar-regoli imma anke pajjiż li jiggverna bil-qalb”.

In-nies li jippruvaw jaqsmu l-fruntiera, b’ħafna minnhom biex japplikaw għall-ażil, jitpoġġew taħt kustodja u jaffaċċjaw akkużi kriminali talli daħlu f’pajjiż illegalment.