Mela mhux ġej sajf?

Wara ġimgħa ta’ temp pjuttost ‘xitwi’ għaż-żmien ta’ Mejju, tistgħu terġgħu terfgħu l-ġkieket, iżda mhux l-umbrelel, dan il-weekend. 
Għada hija mistenna ġurnata xemxija, b’riħ ħafif għal moderat, filwaqt li l-Ħadd nerġgħu lura għal temp xi ftit jew wisq imsaħħab. Madanakollu, kemm is-Sibt kif ukoll il-Ħadd, mhux eskluża l-possibilità li tagħmel ix-xita. 
Matul din il-ġimgħa, kif kien previst fuq il-paġna ta’ Facebook “It-Temp Madwarna”, kellna riħ qawwi ħafna, ta’ bejn forza 7 u 8 mill-Punent il-Lbiċ.
Il-vapur ta’ Għawdex kellu jgħaddi minn wara Kemmuna minħabba dan ir-riħ qawwi.