Mela jien annimal?

Diskussjoni dwar il-liġi li tressqet għall-konsultazzjoni pubblika.

Read in English.

Spiss nisimgħu din l-espressjoni li fiha nnifisha tindika li fil-fehma ta’ min ħareġ biha għall-ewwel darba, almenu, żgur li f’moħħu, l-annimal kien ħlejqa inferjuri li ma ħaqqhiex stima.

Fuq Andrew Azzopardi on 103 se niddiskutu s-sedqa tal-annimali u l-isfidi li jgħaddu minnhom, speċjalment l-annimali eżotiċi.

Għandhom drittijiet tal-annimali u dawn l-annimali qegħdin hemm biex jaqdu lill-bniedem? Huwa ħażin li nistmaw lill-annimali qishom parti mill-familja, li nġibuhom kważi qishom bnedmin? Waqt il-programm se jkun hemm diskussjoni dwar il-liġi li tressqet għall-konsultazzjoni pubblika.

Fost l-oħrajn jieħdu sehem fil-programm l-attivisti favur l-annimali Ariane Aquilina, Romina Frendo u Alison Bezzina.

Ingħaqdu magħna fuq Andrew Azzopardi on 103 nhar is-Sibt 28 ta’ Novembru fl-10am fuq 103 Malta’s Heart.