Mekkaniżmu ġdid għall-ilmenti fir-residenzi tal-anzjani

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva ppubblika fil-Gazzetta tal-Gvern espressjoni ta’ interess għas-servizzi residenzjali għal persuni b’diżabilità.
Dan ġie mħabbar mis-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn appellat lill-pubbliku biex jipparteċipa f’din l espressjoni peress li hija intiża biex tilqa’ proposti differenti.
Is-Segretarju Parlamentari ħabbret ukoll li se jkun qiegħed jintuża mekkaniżmu ġdid biex jilqa’ l-ilmenti dwar ir-residenzi tal-anzjani, billi ġie mniedi numru tal-freephone ġdid 80072367 u imejl għall-ilmenti, elderlyhomes-complaints.mfss@gov.mt.
Justyne Caruana qalet li permezz ta’ dan is-servizz is-Segretarjat se jkun qiegħed iqassam l-ilmenti aħjar u se jkun qiegħed jaħdem b’kollaborazzjoni diretta mat-tim tal-awditjar biex b’hekk ikunu iktar effiċjenti u effikaċi.

Ritratt: DOI – Omar Camilleri