Mekkanik poġġa l-bomba fl-ajruplan Russu fl-Eġittu – Reuters

L-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters żvelat li kien mekkanik tal-EgyptAir li poġġa l-bomba fuq ajruplan Russu fl-Eġittu f’Ottubru, u kkaġuna l-mewt tal-passiġġieri kollha abbord.
Skont Reuters, il-mekkanik hu kuġin ta’ raġel li ngħaqad mal-Istat Iżlamiku fis-Sirja.
L-aġenzija tal-aħbarijiet żvelat li r-raġel flimkien ma’ żewġ pulizija tal-ajruport u ħaddiem tas-sezzjoni tal-bagalji ġew arrestati imma l-linja tal-ajru dejjem ċaħdet li ġew arrestati xi ħaddiema tagħha.